Ifaħħru lill-Gvern talli eleva lis-sport għal ministeru
Kmieni dalgħodu, kienet imħabbra l-ħatra ta’ Clifton Grima bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport. Kienu bosta unjins u assoċjazzjonijiet, fosthom l-unjin tal-għalliema (MUT) u l-Għaqda Ġurnalisti tal-Isports li laqgħu din il-ħatra b’sodisfazzjon.
Intant, l-Għaqda Ġurnalisti tal-Isports faħħret lill-Gvern talli eleva lis-settur sportiv għall-pjattaforma ministerjali.