Wednesday, December 25, 2024

Bosta urtati b’xena ta’ “massakru” fir-roundabout tax-Xemxija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu x-xena li bosta kienu jitpaxxew jaraw filgħodu bi sridak, tiġieġ u anke xi flieles igerfxu biex jaraw ilaqqtux x’jieklu fir-roundabout tax-xemxija nbidlet f’dik li qiegħda tkun deskritta bħala massakru, b’ħafna minn dawn l-annimali mitluqin bla ħajja.

Għalkemm s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan, jidher li l-Pulizija ntalbet tmur fuq il-post b’numru ta’ uffiċjali jintlemħu ftit tal-ħin wara r-rapporti li daħlu.

Fost il-kummenti li spikkaw kien hemm bosta li kkundannaw dan l-aġir u sostnew li jeħtieġ li tittieħed azzjoni għax jekk mhux se jiħraxu l-multi f’każ li persuna jinqabad jaħqar l-annimali, sitwazzjonijiet bħal dawn se jibqgħu jirrepetu ruħhom.

Ekonomija

Sport