Il-midfielder ta’ Marseille, Boubacar Kamara, issejjaħ għall-ewwel darba fit-team nazzjonali Franċiż għall-partiti tan-Nations League ta’ Ġunju.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena mexxa l-midfield ta’ Marseille waqt it-tentattiv tagħhom biex jikkwalifikaw għaċ-Champions League u kien ukoll il-captain tat-team f’numru ta’ okkażjonijiet taħt il-gwida tal-coach Jorge Sampaoli.
Kamara issa ġie ppremjat b’sejħa għall-iskwadra tal-kbar tal-Bleus għall-ewwel darba, filwaqt li l-Player Żagħżugħ tas-Sena tal-Ligue 1 William Saliba se jkun qed jingħaqad miegħu wkoll wara d-debutt internazzjonali tiegħu aktar kmieni din is-sena.