Matija Kostovic, Serb ta’ 21 sena residenti l-Ħamrun tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li fis-sigħat bikrin tas-17 ta’ Awwissu li għadda ta bil-ponn u kiser imnieħer Gabriele Candido.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat jaħdem bħala bouncer fi stabbiliment f’Paceville u ma kellu l-ebda permess li jagħmel dan ix-xogħol.
Min-naħa tagħha l-Maġistrat qalet li hemm bżonn li jinqata l-abbuż kollu u għalhekk ordnat biex jiġi investigat l-istabbiliment biex jiġi stabbilit kif is-Serb kien qiegħed jaħdem bla permess.
Kostovic wieġeb ħati tal-akkużi kollha kontrih u għalhekk il-Qorti wara li sabitu ħati kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, immultatu €500 u talbet li jiġi deportat minn pajjiżna.