Wednesday, December 25, 2024

BOV Asset Management jiddiskuti l-kisbiet u l-pjanijiet għall-futur

Aqra wkoll

Il-BOV Asset Management (BOVAM) ospita seminar għar-rappreżentanti tal-Bank li matulu ġew diskussi l-aħħar żviluppi tiegħu, il-kisbiet, u l-prospetti strateġiċi tiegħu. Uffiċjali ewlenin tal-kumpaniji qasmu għarfien dwar l-iżvilupp tal-BOVAM u l-pjanijiet futuri.

Mark Agius, li jmexxi l-BOVAM, sostna li, “Mill-bidu tagħna bħala Valletta Fund Management fl-1995 sat-tibdil tal-marka tagħna fl-2016, BOVAM għaddiet minn evoluzzjoni kontinwa, hekk kif l-għan tagħna dejjem kien li npoġġu ruħna fuq quddiem nett fil-qasam tal-investiment lokali”. 

Filwaqt li elenka l-iżviluppi ewlenin miksuba sal-lum, huwa ddikjara, “Il-kisba ta’ EUR 1 biljun f’assi taħt ġestjoni fl-2019 u t-tnedija tal-prodotti tagħna Kapitali Garantiti fl-2023 huma biss ftit mill-istadji importanti tal-BOVAM, xhieda tal-impenn tagħna għall-innovazzjoni u l-eċċellenza hekk kif inkomplu nimmiraw għal suċċess kontinwu fl-ambjent finanzjarju lokali li dejjem jevolvi u huwa ta’ sfida. ”

Analiżi Komprensiva tas-Suq

Waqt is-seminar, it-tim ta’ BOVAM Portfolio Management iddiskuta l-istat attwali tas-swieq lokali u globali, b’enfasi fuq diversi oqsma ewlenin. Xejriet reċenti fl-ishma barranin ġew diskussi, u saret enfasi kemm fuq l-opportunitajiet kif ukoll ir-riskji fis-swieq żviluppati u emerġenti, b’mod partikolari fuq il-volatilità tas-suq minħabba l-impatt potenzjali ta’ avvenimenti ġeopolitiċi. It-tim spjega kif BOVAM qed ipoġġi l-fondi tiegħu biex jimmassimizza r-redditu filwaqt li jwettaq mitigazzjoni tar-riskji.

Ġew diskussi wkoll il-movimenti tar-rati tal-imgħax u l-pressjonijiet inflazzjonarji qed jaffettwaw is-swieq tal-bonds. Dan wassal għal spjegazzjoni dwar kif il-fondi ta’ dħul fiss ta’ BOVAM qed jinnavigaw fl-ambjent attwali ta’ rendiment baxx u jiffokaw fuq opportunitajiet selettivi f’bonds korporattivi u sovrani.

It-tim tal-Ġestjoni tal-Portfolio rreveda wkoll l-istrateġiji multi-assi tal-BOVAM, u eżamina kif portafolli diversifikati qed jiġu ġestiti biex jibbilanċjaw it-tkabbir u l-istabbiltà. It-tim enfasizza l-approċċ tagħhom għall-allokazzjoni tal-assi, li hija mfassla biex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li qed jevolvu u l-ħtiġijiet tal-klijenti.

Inizjattiva għall-impjegati

Waħda mill-inizjattivi ewlenin immirata biex tiżgura l-involviment tal-parteċipanti tas-seminar fid-dinja ta’ sfida u kumplessa tal-investimenti kienet kwizz kreattiv u edukattiv. Dan kien imfassal biex jġedded l-għarfien dwar il-fondi tal-BOVAM, bl-użu ta’ teknika ta’ interazzjoni u parteċipazzjoni tal-udjenza biex tħajjar il-kurżità u xxerred l-għarfien. It-tim rebbieħ irċieva vawċers rigal bħala premju, li għamlu l-avveniment esperjenza pjaċevoli u memorabbli.

Ħarsa ‘il quddiem

Is-seminar ressaq aspettattivi għal-bqija ta’ din is-sena u għas-sena 2025. Saret enfasi dwar l-importanza tal-aġilità fil-ġestjoni tal-portafoll biex tirrispondi kemm għall-bidliet tas-suq antiċipati kif ukoll dawk mhux mistennija. Waqt li rrifletta fuq is-suċċess tas-seminar, Geoffrey Ghigo, Kap Personal Channels qal, “Dan l-avveniment huwa eżempju ċar tal-impenn bla waqfien tal-BOVAM kemm mal-klijenti tagħna kif ukoll fir rigward tar-rappreżentanti tal-BOV. Aħna nemmnu fl-investiment fin-nies tagħna, fil-prodotti u s-servizzi li noffru, biex b’hekk niżguraw li nibqgħu fuq quddiem ta’ din l-industrija kompetittiva.”

Ekonomija

Sport