Saturday, December 21, 2024

BOV Bowling – Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Aqra wkoll

Sara Xuereb u Kayden Lagana’ Champions ta taħt it-23 sena

Sara Xuereb, li niżlet Malta mill-Istati Uniti fejn bħalissa qed tistudja, rebħet il-kampjonat ta’ taħt it-23 femminili għad 9 darba konsekuttiva, li huwa rekord fejn għelbet lil Ruslana Grima u l-istudenta tal-NSS Karlise Bartolo, li kient għada kif irnexxielha tegħleb lil Kathryn Fenech b’2 pins (2872 vs 2870) fuq it-18-il logħba. Is-sezzjoni tas-subien rat 5 mit-13-il plejer jiġġieldu għall-kampjonat, iżda l-istudent tal-NSS Lagana’, li kien għadu kif rebaħ il-kategorija ta’ taħt is-16-il ġurnata ta’ qabel, kien fi klassi tiegħu fl-aħħar ġurnata, hekk kif spiċċa b’medja ta’ 210, kważi 180 pin quddiem Dwayne Zahra. Zahra kiseb it-2 post 8 pins biss qabel Miguel Xuereb.

Lagana’ iddomina il-kategorija ta’ taħt is-16-il sena qabel Nicolai Mallia ta’ 12-il sena, b’Chris Fenech jiġi fit-tielet post. Fenech, li matul il-weekend lagħab l-ogħla logħba tal-kategoriji kollha b’278 brillanti, weġġa’ fit-tieni ġurnata u sfortunatament kellu jirtira mill-aħħar ġurnata tat-taqsima ta’ taħt it-23 ta’ dawn il-kampjonati.

Il-Kompetizzjon ta’ taħt is-16-il sena kienet kompetizzjoni kienet ikkontestata bejn iż-żewġ membri tat-team Bonnici Group, Karlise Bartolo u Kathryn Fenech. Fenech ħarġet rebbieħa b’1920 kontra l-1900 ta’ Bartolo. Mia Bugeja spiċċat fit-3 post, 150 pin aktar lura.

Il-kategorija ta’ taħt it-12-il sena kienet avveniment konġunt tal-bniet u tas-subien, b’Nicolai Mallia jirbaħ b’1455 fuq 8 logħbiet, ferm qabel ħuh iż-żgħir Mikhail Mallia (1046). L-istudenta tal-NSS Jade Barbara spiċċat fit-3 post.

Ernest Agius, Chief Officer tal-Bank of Valletta, akkumpanjat mill-President tal-MTBA Paul Baldacchino ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa.

Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-attivitajiet sportivi f’Malta u Għawdex bħala parti mill-impenji tal-ESG lejn is-sostenibbiltà.

Ekonomija

Sport