Il-Bank of Valletta (BOV) se jiltaqa’ ma’ eluf ta’ studenti minn Malta u Għawdex waqt Freshers’ Week u se juri għal xiex huwa l-Bank tal-għażla għall-istudenti.
Mill-24 ta’ Settembru sal-10 ta’ Ottubru, it-tim tal-BOV Club se jkun preżenti fil-Higher Secondary, l-ITS, l-Università ta’ Malta, il-Junior College, l-MCAST, u Istituzzjonijiet Post-Sekondarji oħrajn, b’taħlita interessanti ta’ edukazzjoni finanzjarja, dwar benesseri u opportunitajiet ta’ impjieg għall-istudenti.
Il-litteriżmu finanzjarju huwa fil-qalba ta’ din il-kampanja. L-istudenti huma mistiedna li jieħdu sehem fi kwiżż ta’ għarfien dwar scams finanzjarji biċ-ċans li jirbħu MacBook, waqt li jitgħallmu kif jirrikonoxxu u jevitaw il-frodi. L-għan huwa li l-istudenti jiġu mgħammra b’għarfien prattiku li jista’ jgħinhom jipproteġu l-finanzi tagħhom fid-dinja diġitali tal-lum. It-tim se jkun għad-dispożizzjoni biex iwieġeb għall-mistoqsijiet dwar kif l-istudenti jħaddmu flushom b’mod tajjeb u jippjanaw għall-ġejjieni.
Fil-qalba ta’ dan is-sapport finanzjarju hemm il-BOV Club u l-BOV Graduate Package, li jiġbor flimkien għadd ta’ beneffiċċji finanzjarji u servizzi oħrajn li joffru lill-istudenti pakkett finanzjarju attraenti li jgħinuhom waqt l-istudji tagħhom. Aktar minn hekk, l-istudenti li jiftħu kont ġdid mal-BOV Club sal-aħħar ta’ Ottubru 2025 se jirċievu rigal ta’ merħba ta’ €60 direttament fil-kont il-ġdid tagħhom, kemm-il darba l-istipendju tagħhom jiġi depożitat f’dan il-kont.
Il-kampanja ta’ din is-sena tmur lil hinn mill-aspett finanzjarju, imma toħloq esperjenza tajba għall-istudenti. Tinkludi sfidi fiżiċi, fosthom kompetitzzjonijiet Skierg u bir-roti, li joffru lill-istudenti l-opportunità li jittestjaw l-istamina tagħhom u li jirbħu premjijiet, filwaqt li tim tal-People & Culture tal-Bank se jkunu qed jagħti informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ karriera mal-Bank.
Daniel Magrin, Kap tal-Marketing and Product Lifecycle Management fi ħdan il-Bank of Valletta spjega li “l-BOV Club huwa aktar milli wieħed jiftaħ kont mal-Bank. Aħna rridu li l-istudenti jgħarrfu jħaddmu flushom tajjeb mill-bidu nett – biex jindunaw bi scam, il-ġestjoni tal-istipendju tagħhom, u li jippjanaw bil-quddiem. Biż-żieda ta’ elementi ta’ benesseri u opportunitajiet ta’ karriera, qed nkunu sieħeb reali fil-vjaġġ tagħhom. Dan huwa dak li jagħmel il-BOV l-għażla naturali għall-istudenti.”
Il-BOV Club u l-BOV Graduate Package jsaħħu l-impenn tal-Bank lejn il-ġenerazzjoni li jmiss u jagħtu lill-istudenti l-għarfien, l-għodda u l-opportunitajiet biex jikbru, waqt li jiżguraw li l-BOV jibqa’ jkun sieħeb fdat tal-istudenti fl-istudji tagħhom.