Monday, December 23, 2024

BOV jipprovdi s-serħan tal-moħħ permezz ta’ Ppjanar għall-Irtirar

Aqra wkoll

“L-ippjanar tal-irtirar jista’ jkun kawża ta’ ansjetà minħabba li n-nies ma jafux kemm se jkollhom bżonn flus biex iżommu l-istandard tal-ħajja tagħhom matul is-snin tal-irtirar, u ma jafux kif ikunu ċerti li se jkollhom dak id-dħul.” Dan qalitu Sandra Magro, Manager fiċ-Ċentri tal-Investimenti tal-BOV waqt seminar organizzat bit-titlu ‘Inkoraġġiment tal-Motivazzjoni filwaqt li Nkampaw mal-Ansjetà’, avveniment organizzat mill-Malta Union of Midwives and Nurses b’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta u l-Istitut tat-Tagħlim għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa.

“Is-saħħa mentali tagħna tista’ tiddependi fuq kemm nemmnu li nistgħu nipprovdu għalina nfusna u għall-familji tagħna. Meta nħossu li m’għandniex biżżejjed, nistgħu nħossu li s-sopravivenza tagħna qed tkun mhedda,” qalet is-Sinjura Magro. “Li nippjanaw bil-quddiem b’kunfidenza, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja li nkunu qegħdin fih, huwa essenzjali biex tiżgura ħajja komda wara l-età tal-irtirar. Wieħed jista’ jagħżel li jiddependi fuq il-pensjoni tal-gvern, li, sal-lum, kienet sigura u definittiva, li madankollu tista’ ma tkunx biżżejjed biex tiżgura l-ambizzjonijiet tiegħu wara l-irtirar.’

“Għażla oħra huma investimenti fit-tul permezz ta’ skemi ta’ pensjoni personali tal-irtirar volontarji,” kompliet is-Sinjura Magro. “Il-benefiċċji li tirċievi mill-pjan tal-pensjoni tiegħek se jiddependu minn numru ta’ fatturi li jinkludu l-valur tal-pjan tiegħek, l-għażla tal-istrateġija tal-investiment u l-għażla li jew tirċievi somma f’daqqa flimkien ma’ dħul jew kompletament bħala dħul fix-xahar.’

Il-Bank of Valletta qed jistieden persuni interessati fis-serħan tal-moħħ finanzjarju permezz ta’ ppjanar ta’ rtirar b’saħħtu biex jiffissaw appuntament ma’ Konsulent Finanzjarju tal-BOV permezz ta’ https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, billi jċemplu +356 2131 2020 jew bl-email fuq [email protected]

Ekonomija

Sport