L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing (MBA) ħarġet stqarrija fejn ħabbret ġlieda ferm mistennija li se sseħħ fil-25 ta’ Frar li ġej f’lukanda prominenti f’San Ġiljan fejn se jkunu qed jiltaqgħu l-boxer Ingliż minn Liverpool Connor Butler kontra l-kompatrijott minn Doncaster Craig Derbyshire.
Dawn iż-żewġ boxers għandhom kurrikulu ferm interessanti b’Butler li għandu rekord ta’ disa’ rebħiet u dro filwaqt li Derbyshire kiseb tmien rebħiet u erba’ dros.
Dawn iż-żewġ boxers se jkunu qed jissieltu sabiex jieħdu ‘l hekk imsejjaħ Commonwealth belt.
Il-president tal-Malta Boxing Association (EBU) Marc James flimkien mal-membri oħra fl-eżekuttiv aċċettaw l-offerta li saritilhom sabiex din il-ġlieda ssir f’Malta u fissru li din hi xi ħaġa storika.
James irringrazzja ukoll lil Vaughan Group Fight Academy u Demis Tonna li se jkunu qed jikkollaboraw sabiex dan l-avveniment ikun suċċess.