Sunday, December 22, 2024

Boxing: Joshua jegħleb lil Ngannou fil-ġlieda tas-sena b’knock-out fit-tieni round

Aqra wkoll

Fil-ġlieda boxing tas-sena, il-Brittaniku Anthony Joshua wera l-qawwa tiegħu fil-kategorija tal-heavyweight meta, fl-Arabja Sawdija, għeleb lill-Franċiż imwieled fil-Kamerun Francis Ngannou, b’knock-out distruttiva fit-tieni round.

Joshua, 34 sena,  mill-ewwel ħareġ fuq l-attakk bil-konsegwenza li niżżel liċ-champion tal-UFC fl-ewwel round u kmieni fit-tieni wieħed.

Min-naħa tiegħu, Ngannou pprova jagħmel reazzjoni wara li qam fuq saqajh iżda deher stordut biex Joshua fajjar daqqiet ta’ ponn deċiżivi biex ir-referee kellu jwaqqaf din il-ġlieda.

Ngannou, 37 sena, kellu jingħata attenzjoni medika fir-ring stess.

“Se mmur lura fil-gaġġa tiegħi u meta jiftħuli …  

nerġa’ niġġieled,” qal Joshua, hekk kif iċ-champion tal-heavyweight tal-WBC,  il-Brittaniku Tyson Fury, kien qed isegwi din il-ġlieda.

F’Ottubru li għadda, l-istess Fury kellu jitħabat biex għeleb lil Ngannou bil-punti fejn dan tal-aħħar saħansitra rnexxielu jwaqqa’ lill-Amerikan.

“Jien segwejt bir-reqqa l-ġlieda bejn Fury u Ngannou li huwa champion kbir u r-rebħa tiegħi fuqu ma jneħħi xejn mill-mertu tiegħu,” qal Joshua.

“Kont għidtlu biex ma jitlaqx mill-boxing. Huwa boxer kbir.”

Din ir-rebħa hija r-raba’ waħda tiegħu fi 11-il xahar hekk kif qed iżomm l-ambizzjoni tiegħu ħajja li jerġa’ jakkwista titlu mondjali.

Ekonomija

Sport