It-tamiet tal-boxer Anthony Joshua li jerġa’ jirbaħ titlu tal-heavyweight intemmu f’diżappunt hekk kif l-avversarju Ukren, Oleksandr Usyk, ipproduċa prestazzjoni mill-aqwa biex rebaħ bi ‘split decision’ f’Jeddah, l-Arabja Sawdija …. għat-tieni darba kontra l-istess Usyk.
F’konfront imsejjaħ bħala l-‘Ġlieda fuq il-Baħar l-Aħmar’, Joshua, li għandu 32 sena, wera aggressività u determinazjoni kif ukoll titjib kbir mill-ewwel ġlieda tagħhom – iżda ma setax ilaħħaq mal-qawwa tal-boxer Ukren.
Żewġ judges ivvotaw 115-113 u 116-112 favur Usyk, filwaqt li t-tielet wieħed ivvotaw 115-113 favur Joshua. Filwaqt li kien hemm bosta rounds bilanċjati, Usyk kien ir-rebbieħ mistħoqq.
Fi tmiem il-ġlieda, Joshua deher irrabjat fejn qabad tnejn miċ-ċinturini ta’ Usyk, niżżilhom mal-art u mexa lejn id-dressing room … iżda reġa’ tela’ fir-ring biex jindirizza diskors imqanqal.
“Usyk huwa wieħed mill-aqwa boxers li jeżistu fid-dinja bħalissa. Dik hija biss emozzjoni,” huwa qal. “Kieku xi ħadd jaf l-istorja tiegħi … jifhem il-passjoni tiegħi. Jien m’inix boxer dilettant. Il-karriera tiegħi bdiet meta kont sejjer il-ħabs iżda ħriġet fuq pleġġ u bdejt nitħarreġ.
“Dan il-konfront wera l-passjoni li biha wieħed jiġġieled. Biex dan il-boxer kellu l-ħila jirbaħli juri kemm dan l-isport huwa diffiċli u juri wkoll il-livell għoli ta’ xogħol iebes.
“Għaldaqstant jimmeritah ovazzjoni kbira bħala ċ-champion tad-dinja tal-heavyweight.”