Tuesday, December 24, 2024

“Bqajt impressjonat bil-faċilitajiet li toffri Malta” – Matthias Jaissle (coach ta’ RB Salzburg)

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

F’konferenza stampa li ġiet indirizzata fis-sala tal-konferenzi ta’  Tony Bezzina Stadium f’Kordin, tkellem il-coach ta’ Red Bull Salzburg, Matthias Jaissle.

Bhall-coach ta’ Inter, Simone Inzaghi, iktar qabel huwa stqarr li baqa’ impressjonat bil-faċilitajiet li joffri pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam football.

Huwwa ffoka id-diskors tiegħu fuq il-partita ta’ ħbiberija tal-lum kontra l-ġganti tas-Serie A, Inter.

Fi kliemu: “Għalkemm din hija partita ta’ ħbiberija, Inter huma avversarji mill-aqwa li jiffaċċjaw. Żgur li rridu nkunu ffukati. Ikun importanti li nilagħbu bid-DNA tagħna, bl-istil tal-football tagħna stess, u nittestjaw lil Inter.”

“Użajna ż-żmien dan l-aħħar biex nanalizzaw il-prestazzjonijiet tagħna mill-bidu tal-istaġun s’issa u naħdmu f’sessjonijiet ta’ taħriġ biex intejbu ftit affarijiet mil-logħob tagħna. Irridu nilagħbu futbol aħjar fl-attakk fil-futur, fost oħrajn, u ħdimna wkoll b’mod intensiv fuq set pieces fit-taħriġ.”

Intant, mistoqsi rigward jekk Benjamin Sesko jistax jitlaq il-club fost aħbarijiet oħra relatati mas-suq tat-trasferimenti f’pajjiżna, huwa qal li jippreferi ma jweġibx u jħalli dak ix-xogħol għall-amministrazzjoni ċentrali tal-club.

Ekonomija

Sport