Fil-jiem li għaddew, il-plejer tad-darts ewlieni f’Malta Bradley Zerafa ħa sehem fil-Budapest Open 2025 Classic & Masters fl-Ungerija.
Dan is-sit tkellem ma’ Bradley Zerafa nnifsu fejn tana iktar dettalji:
Bdejt it-Tournament Klassiku fil-Kategorija tal-Wheelchsirs fi grupp ta’ erbgħa, b’telfa ta’ 2-1 kontra l-Awstrijak Jost Helmut, telfa ta’ 2-0 kontra l-ħabib tajjeb tiegħi mid-Danimarka, “The Roadrunner” Jesper Andersen u rebħa ta’ 2-1 kontra l-Ungeriż Almási Nikolett li iżda ma kinux biżżejjed biex ngħaddi mal-ewwel erbgħa.
Imbagħad ġie t-Tournament tal-Masters, din id-darba fi grupp ta’ ħamsa, li beda b’telfa ta’ 2-1 kontra l-Ungeriż Virágos Kis Lajos, imbagħad rebħa ta’ 2-0 kontra l-Ungeriż Attila Pintér, telfa minima ta’ 2-1 kontra l-Ungeriża Nikolett Almasi, u rebħa ta’ 2-1 kontra Helmut tal-Awstrija.
B’Lajos u Nikolett segwew tajjeb ħafna fil-logħob l-oħra tagħhom, u bit-telfiet tiegħi kontra Lajos u Nikolett, sempliċiment ma kienx biżżejjed biex nasal mal-ewwel erbgħa.
Il-logħba tiegħi tkompli titjieb f’kull tournament, iżda fl-aħħar tal-ġurnata d-doubles ma kinux min-naħa tiegħi daqskemm kelli bżonnhom. B’mod ġenerali xorta waħda ninsab kuntent, speċjalment li lqatt 140s fiż-żewġ legs kontra Jesper Anderson nhar is-Sibt, multipli 100+ punteġġi u tlift bi ftit għal 110 checkout fil-logħba l-oħra tiegħi.