Tuesday, May 13, 2025

Brandon Saliba u Charyl Fava jirbħu d-distanza tal-5km

Aqra wkoll

It-tielet tellieqa mis-serje ta’ ħames tlielaq tal-Hudson Race Series, sponsorjata minn Nike, saret f’Dingli nhar il-Ħadd. Ir-rotta, li tgħaddi mill- Buskett u l-inħawi tiegħu, hija magħrufa għat-tlajjiet, partikolarment lejn it-tmiem tar-rotta,  kif ukoll għall-veduti sbieħ – karatteristiċi distintivi ta’ din is-Serje.

Mark Herrera kiseb it-tieni rebħa tiegħu għas-serje ta’din is-sena, meta spiċċa fl-ewwel post quddiem Steve Pace u Mark Axiaq. Filwaqt li Herrera żamm distakk tajjeb, Pace u Axiaq kellhom distakk ta’ b’seba’ sekondi wara tellieqa intensiva.

Josann Attard Pulis kompliet bil-prestazzjonijiet b’saħħita meta spiċċat fl-ewwel post quddiem Jolene Debattista, li kellha vantaġġ komdu fuq Angele Sammut li spiċċat fit-tielet post.

Fil-kategorija tal-5km, Brandon Saliba spiċċa l-ewwel, segwit minn Adrian Cutajar u Heathcliff Farrugia. Fil-kategorija tan-nisa, Charyl Fava żammet is-sensiela ta’rebħ tagħha, filwaqt li Abigail Church temmet fit-tieni post quddiem Nadia Mifsud, li kienet biss tliet sekondi wara Church.

It-trofej u l-premjijiet ġew ippreżentati mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele, li rringrazzja lill-Kunsilli Lokali ta’ Rabat u Dingli, lill-Pulizija ta’ Rabat, u lil Transport Malta għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni tagħhom qabel u matul it-tellieqa. Huwa wkoll rringrazzja lill-imsieħba tal-avveniment Hudson Group għall-appoġġ kontinwu tagħhom, kif ukoll lil ProHealth Ltd, aġenti tal-prodotti La Roche Posay.

It-tiġrija li jmiss ser ssir f’Burmarrad nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport