Wednesday, December 25, 2024

Branko Nisevic il-coach ġdid ta’ Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Ħamrun Spartans laħqu ftehim biex jaħtru lil Branko Nisevic bħala l-coach il-ġdid tagħhom.

B’hekk, il-coach Serb sejkun qed jieħu post Mark Buttigieg li nhar it-Tnejn ma baqax coach tal-Ispartans wara ftehim reċiproku mal-club.

Sigħat wara t-tluq ta’ Buttigieg, Nisevic kien qed jitqies bħala l-kontendent ewlieni biex t-tmum taċ-champions u s-Serb ġie avviċinat mill-ogħla ġerarkija ta’ Spartans nhar it-Tnejn filgħaxija.

Nisevic iltaqa’ mal-president tal-Ispartans Joseph Portelli nhar it-Tlieta u ntlaħaq ftehim li se jkun jarah jiffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun b’għażla li jestendih aktar.

Stefan Sultana, li aġixxa ta’ assistant coach ta’ Mark Buttigieg, se jibqa’ fir-rwol tiegħu u se jassisti lil Nisevic hekk kif l-Ispartans qed ifittxu li jdawru l-istaġun tagħhom hekk kif ir-Reds dehru li tilfu triqithom fl-aħħar ġimgħat.

Fil-fatt Ħamrun irnexxielhom jirbħu partita waħda biss minn meta reġa’ beda l-kampjonat f’Jannar u t-telfa mhux mistennija ta’ 1-0 tal-Ħadd kontra Gudja United rat lit-tim jinżel fil-ħames post tal-klassifika, 13-il punt ‘il bogħod mil-leaders Hibernians.

Nisevic kien ilu fit-tmun ta’ Nadur Youngsters mill-istaġun li għadda u taħt it-tmexxija tiegħu il-Youngsters saru forza dominanti fil-football Għawdxi f’dan l-istaġun.

Fil-fatt, fil-preżent Nadur Youngsters jisnabu fuq net tal-klassifika tal-Kampjonat Għawdxi tal-Ewwel Diviżjoni b’37 punt, 14-il punt distakk mill-eqreb rivali Għajnsielem.

Matul il-karriera tiegħu, Nisevic mexxa bħala coach ta’ Hibernians, li magħhom irnexxielu jirbaħ it-titlu tal-Kampjonat Premier, u Gzira United.

Huwa kien ukoll il-coach tat-team nazzjonali ta’ Malta U-21 filwaqt li serva wkoll bħala assistent tal-ex coach tat-team nazzjonali, Ray Farrugia.

Nisevic mistenni jieħu ħsieb l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu ma’ Hamrun Spartans nhar l-Erbgħa qabel il-konfront tas-Sibt fil-Premier League ma’ Sirens fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, liema konfront jibda fis-6pm.

Ekonomija

Sport