Aktar kmieni llum Hibernians ħabbru r-ritorn tal-coach Branko Nisevic fit-tmun tat-tim Pawlist.
Għal Nisevic din ser tkun t-tieni avventura tiegħu mat-tim ta’ Hibernians. Branko Nisevic kien ħa f’idu lit-tim Pawlist l-ewwel darba fl-istaġun 2012/2013 fejn kien qatta’ hemmhekk tliet staġuni.
Wara huwa kellu esperjenza qasira mat-tim ta’ Gzira United. Għal xi zmien huwa kien ukoll assistant cosch tat-tim nazzjonali Malti.
Fl-istaġun 2020/2021 Branko Nisevic kien qatta’ perjodu qasir bhala direttur sportiv tat-tim ta’ Sliema Wanderers.
Fit-tieni parti tal-istaġun 2020/ 2021 huwa kien ħa f’idejh t-tmexxija tal-klabb Għawdxi ta’ Nadur Youngsters, liema rwol dam bih sa Frar 2022.
F’nofs l-istaġun 2021/ 2022 Branko Nisevic kien ingħaqad ma’ Hamrun Spartans fejn mexxihom għal total ta: 46 partita. Fost dawn l-partiti huwa rnexxielu jieħu l-punti massimi f’34 partita, ġie draw f’hames partiti, filwaqt li ħareġ fuq in-naħa t-telliefa f’seba’ partiti.
Matul il-karriera tiegħu bħala coach Branko Nisevic irnexxeilu jirbaħ darbtejn l-Kampjonat Premier, darba ma’ Hibernians fl-istaġun 2014/2015 u darba ma’ Hamrun Spartans matul l-istaġun li għadda. Huwa rebaħ ukoll darba l-unur tas-Super Cup ma’ Hibernians fl-istaġun 2014/15.