Wednesday, July 30, 2025

Brażilјan bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Brażiljan ta’ 29 sena, residenti ż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m.,  kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Għaxaq u mutur misjuq mill-vittma.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport