Tuesday, November 5, 2024

Brażiljana arrestata b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga

Aqra wkoll

Brażiljana ta’ 22 sena ġiet arrestata mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li nqabdet bid-droga moħbija fl-istonku u f’partijiet oħra ta’ ġisimha.

Waqt li l-Pulizija kienet qed twettaq spezzjonijiet ta’ passiġġieri li ġew minn titjira diretta minn Barċellona, Spanja, ftit wara l-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) tal-Ħadd li għadda, innutaw movumenti suspettużi tal-mara.

Malli indunat bil-preżenza tal-Pulizija, hija ppruvat taħrab, iżda nqabdet mill-ewwel. Saru testijiet b’x-ray, bl-assistenza ta’ uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, fejn irriżulta li hija kellha moħbija sustanza suspettata li hija droga. Għaldaqstant, il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn irriżulta li kellha fuqha madwar kilo sustanza suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ kważi €130,000.

Il-mara se tkun qiegħda titressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport