Mara ta’ nazzjonalità Brażiljana, iżda residenti l-Qala Għawdex kellha tidaħħal l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm meta għal xi raġuni, il-mara ta’ 27 sena li kienet qiegħda ssuq mutur kellha mpatt ma’ vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Marsa.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna u wara ħadu lil mara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
