Monday, December 9, 2024

Brażiljana tinqabad bid-droga fl-istonku… tibqa’ tinżamm arrestata

Aqra wkoll

Tainara Dernandes Da Silva ta’ 22 sena mill-Brażil, baqgħet tinżamm arrestata wara li tressqert il-Qorti akkużata li mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kienet qiegħda ġorr 66 kapsula kokaina.

Id-droga, li tammonta għal ftit inqas minn kilogramma, instabet fl-istonku u fil-parti tagħha.

Il-prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li waqt din id-droga nstabet waqt spezzjonijiet ta’ passiġġieri li ġew minn titjira diretta minn Barċellona. Il-mara bdiet taġixxi b’mod suspettuż u malli ndunat bil-preżenza tal-Pulizija pprovat taħrab, iżda ġie arrestata mill-ewwel.

Mit-testijiet bl-x-ray irriżulta li l-Brażiljana kellha d-droga moħbija. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn irriżulta li kellha fuqha madwar kilo sustanza suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ kważi €130,000.

Il-Brażiljana wieġbet mhux ħatja, bid-difiża ma titlobx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Pace flimkien mal-Avukat Nadia Ciappara f’isem l-Avukat Ġenerali.

Aktar kmieni: Brażiljana arrestata b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga

Brażiljana ta’ 22 sena ġiet arrestata mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li nqabdet bid-droga moħbija fl-istonku u f’partijiet oħra ta’ ġisimha.

Waqt li l-Pulizija kienet qed twettaq spezzjonijiet ta’ passiġġieri li ġew minn titjira diretta minn Barċellona, Spanja, ftit wara l-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) tal-Ħadd li għadda, innutaw movumenti suspettużi tal-mara.

Malli indunat bil-preżenza tal-Pulizija, hija ppruvat taħrab, iżda nqabdet mill-ewwel. Saru testijiet b’x-ray, bl-assistenza ta’ uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, fejn irriżulta li hija kellha moħbija sustanza suspettata li hija droga. Għaldaqstant, il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn irriżulta li kellha fuqha madwar kilo sustanza suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ kważi €130,000.

Il-mara se tkun qiegħda titressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.

Ekonomija

Sport