Saturday, June 7, 2025

Brażiljana tweġġa’ gravi wara inċident bil-quad bike fix-Xagħra

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.30pm tal-bieraħ meta l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat ġew informati li kien seħħ inċident fi Triq il-Marga fix-Xagħra Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-inċident seħħ b’quad bike fejn is-sewwieqa tilef il-kontroll u baqgħet dieħel f’ħajt. Is-sewwieqa għandha 28 sena mill-Brażil u magħha kien hemm tfajla oħra mill-istess pajjiż. Huma kienu qegħdin iżuru lil Għawdex permezz tal-quad bike.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn assistew liż-żewġ Brażiljani. Huma ttieħdu l-isptar fejn is-sewwieqa ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri ġrieħi gravi minħabba daqqa li ħadet f’rasha, filwaqt li l-oħra sofriet biss ġrieħi ħfief.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport