Wednesday, December 25, 2024

Brendan Rodgers mhux interessat li jsir il-manager il-ġdid ta’ Newcastle United

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Leicester City, Brendan Rodgers mhux interessat li jsir il-manager il-ġdid ta’ Newcastle United, jekk Steve Bruce jitneħħa mill-kariga.

Wara t-teħid tal-club għall-valur ta’ £300 miljun minn konsorzju fis-Sawdi Arabja,  il-ġimgħa li għaddiet, huwa mistenni li Bruce jinħeles mid-dmirijiet tiegħu qabel il-logħba tal-Premier League ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Tottenham Hotspur.

Rapporti preċedenti ssuġġerew li bosta managers qegħdin fit-tellieqa biex jissostitwixxu lill-manager ta’ 60 sena fis-St James Park, fosthom Graham Potter, Steven Gerrard, Frank Lampard u Antonio Conte.

Rodgers huwa fost l-ismijiet li ssemmew għal din il-kariga, madankollu il-manager mill-Irlanda ta’ Fuq m’għandux interess li jieħu f’idejh lil Newcastle u huwa impenjat bis-sħiħ lejn Leicester.

Il-manager ta’ 48 sena ffirma estensjoni tal-kuntratt fil-King Power Stadium f’Diċembru 2019, li jarah marbut sa Ġunju 2025.

Rodgers iggwida lil Leicester lejn il-ħames post suċċessiv fl-aħħar żewġ staġuni tal-Premier League u għen lill-Foxes jirbħu l-ewwel FA Cup tagħhom fl-istaġun li għadda.

Ekonomija

Sport