Brentford baqgħu kunfidenti li jistgħu jikkonvinċu lill-midfielder Christian Eriksen biex jibqa’ fil-club lil hinn mis-sajf.
L-internazzjonali Daniż ingħaqad mal-Bees bi free transfer f’Jannar li għadda wara li ħalla lil Inter minħabba raġunijiet ta’ saħħa s-sena l-oħra.
Wara li sofra attack tal-qalb fil-Kampjonati Ewropej tas-sajf li għadda mad-Danimarka, il-player ta’ 30 sena ħadem biex jiskeb lura l-fitness u b’hekk jikseb post regolari fit-team ta’ Brentford immexxi minn Thomas Frank matul it-tieni nofs tal-istaġun tal-Premier League.
Madankollu, b’Eriksen jiġi ffirmat biss b’kuntratt inizjali ta’ sitt xhur, l-ex midfielder ta’ Tottenham Hotspur se jkun qed isir free agent fi tmiem l-istaġun.
Minkejja li clubs bħal Spurs u Manchester United huma rappurtati li għandhom interess li jiffirmawh bi free transfer wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu, Brentford jibqgħu kunfidenti li se jiffirma kuntratt ġdid biex jestendi l-esperjenza tiegħu fil-Punent ta’ Londra.