Saturday, December 21, 2024

Brexit: Era ġdida għar-Renju Unit wara li tlesti b’mod formali s-separazzjoni mill-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Era ġdida bdiet għar-Renju Unit wara li ġie fis-seħħ b’mod formali s-separazzjoni tagħha mill-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju Unit waqfet issegwi r-regoli tal-UE fil-23:00 GMT, hekk kif regoli ġodda għall-ivvjaġġar, kummerċ, immigrazzjoni u koperazzjoni dwar is-sigurtà daħlu fis-seħħ.

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson qal li r-Renju Unit għandha “l-libertà f’idejha”, b’dan jippermettilha biex tagħmel affarijiet “b’mod differenti u aħjar” issa li l-proċess twil ta’ Brexit ġie fi tmiemu.

L-ewwel trakkijiet tal-merkanzija li kienu qed jaslu mal-fruntiera intant daħlu fir-Renju Unit mingħajr dewmien.

Ministru Brittaniċi wissew li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin jafu jinqalgħu xi ntoppi, hekk kif ir-regoli l-ġodda jidħlu fis-seħħ u jindraw, speċjalment mil-lat ta’ kummerċ.

Madankollu uffiċjali insistew li s-sistemi l-ġodda tal-kontrolli mal-fruntiera diġà bdew jaħdmu.

Wara li tlestew l-ewwel kontrolli tad-Dwana, il-kelliemi għall-Eurotunnel John Keefe qal li kollox mexa kif ippjanat.

L-ewwel vapur bi trakkijiet tal-merkanzija minn Wales wasal f’Dublin fil-05:55 GMT b’abbord ikun hemm madwar għaxar trakkijiet, li lkoll lestew il-proċedura tal-kontrolli tad-Dwana mingħajr dewmien.

Ir-Renju Unit uffiċjalment ħalla l-blokk Ewropew fil-31 ta’ Jannar, tliet sjin u nofs wara li l-poplu Brittaniku kien ivvota kontra s-sħubija fl-UE fir-referendum ta’ Brexit fl-2016.

Madankollu għal dawn l-aħħar 11-il xahar baqgħet tosserva r-regoli ta’ kummerċ tal-Unjoni Ewropea waqt li ż-żewġ naħar komplew jinnegozjaw dwar ir-relazzjoni ekonomika futura.

Ekonomija

Sport