Tuesday, October 28, 2025

Brian Chetcuti Assistant Coach ġdid ta’ Gzira United FC

Aqra wkoll

Brian Chetcuti huwa l-Assistant Coach ġdid ta’ Gzira United FC. B’hekk se jkun qed jaħdem spalla ma’ spalla mal-kowċ Darren Abdilla.

L-esperjenza ta’ Chetcuti fil-kampjonati Maltin hija varja fejn kien assistant coach ma’ Santa Lucia għal tliet staġuni sħaħ fil-Premier qabel ma ngħaqad ma’ Birkirkara fl-istaġun 2023 / 2024 fejn magħhom għal xi żmien kien ukoll caretaker coach.

Matul l-istaġun li għadda, kien kowċ ta’ Nadur Youngsters FC f’Għawdex, bin-Nadurin itemmu fit-tieni post tal-Kampjonat Għawdxi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport