Saturday, June 7, 2025

Brian Said kowċ ġdid ta’ Melita FC

Aqra wkoll

Melita FC ħabbru li kkonfermaw lil 𝗕𝗿𝗶𝗮𝗻 𝗦𝗮𝗶𝗱 bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.

Brian mhuwiex wiċċ ġdid fil-futbol Malti. Difensur mill-aqwa fi żmienu bħala player, lagħab 91 darba mat-tim nazzjonali ta’ Malta u lagħab ma’ diversi klabbs domestiċi ewlenin. Fi snin reċenti, għamel it-transizzjoni għall-kowċing, fejn serva bħala Assistant Coach ma’ Floriana FC matul l-aħħar żewġ staġuni u bħalissa jinsab fl-istadji finali biex jikseb il-Liċenzja UEFA Pro!

 “Aħna kburin ħafna li għandna lil xi ħadd tal-kalibru ta’ Brian jingħaqad ma’ Melita FC.” qal il-president tal-Klabb Matthew Naudi. “Aħna fiduċjużi li t-tmexxija, il-valuri, u l-filosofija tal-futbol tiegħu jallinjaw perfettament mal-kulturá u l-ambizzjonijiet ta’ Melita FC. Nilqgħu lil Brian fil-familja ta’ Melita hekk kif inħarsu ‘l quddiem lejn kapitlu ġdid eċċitanti għat-tim tal-kbar tagħna!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport