Brighton and Hove Albion għadhom kemm ħabbru li ġeddew il-kuntratt tad-difensur ċentrali żagħżugħ tagħhom Jean Paul Van Hecke. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u qed jispikka ferm mat-tim immexxi minn Roberto de Zerbi magħruf bħala The Seagulls.
Van Hecke diġa’ lagħab 17-il darba ma’ Brighton bil-kowċ tiegħu jgħid li ma jistax jgħaddi mingħajru fid-difiża.
Van Hecke hu plejer Olandiż li lagħab ukoll ma’ NAC Breda, Heerenveen u Blackburn Rovers.