Tuesday, September 24, 2024

Brighton iridu lil Alexis MacAllister jibqa’ aktar snin magħhom

Aqra wkoll

Il-kap eżekuttiv ta’ Brighton and Hove Albion Paul Barber qal li jixtieq li l-plejer Arġentin rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Alexis MacAllister jibqa’ kemm jista’ jkun fit-tul mal-klabb tiegħu.

MacAllister spikka ferm fil-Qatar u ta kontribut siewi sabiex l-Arġentina rebħu t-tazza tad-dinja wara 36 sena.

Hu ilu ma’ Brighton sa mis-sena 2019 fejn skorja 11-il gowl f’77 partita. Hu deher ukoll 14-il darba bil-flokk tal-Albiceleste.

Sport