Thursday, December 19, 2024

Britney Spears tattakka lill-paparazzi: “Naf li ġismi mhuwiex perfett!”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-kantanta famuża u kontroversjali Britney Spears irrikorriet għall-midja soċjali biex tikkritika lill-paparazi li ħadulha ritratti li fihom il-figura tagħha tidher ftit imbaċċna, fi kliemha “figura mhux perfetta”. 

Din il-ġimgħa l-artista miljunarja li għandha 40 sena, tellgħet ritratti tagħha u l-għarus Sam Asghari waqt li kienu f’vaganza f’Maui. Fil-messaġġ li deher fuq il-midja soċjali Spears tidher b’xahar vjola ċar liebsa bikini. Magħhom hija tellgħet ukoll vidjow fejn tidher qiegħda tiżfen mad-diska ta’ James Brown intitolata “I Feel Good” liebsa wkoll ħwejjeġ li juru l-figura attwali tagħha.

Kien f’dan il-post li Britney Spears kitbet pjuttost fit-tul kumment dwar id-deċiżjoni żbaljata li għamlet li tiżboħ xaharha u dwar id-diffikultajiet li tiffaċċja minħabba piż żejjed.

“Onestament naħseb li xagħri huwa ikrah ħafna u xtaqt li kieku xi ħadd fetaħli għajnejja qabel,” kitbet Spears. Il-kantanta ta’ “Toxic” qalet lill-ammiraturi tagħha li qiegħda tagħmel minn kollox biex ma tħosshiex ħażin li qiegħda tipprova tagħmel it-tajjeb u mbagħad indirizzat ritratti mhux daqstant sbieħ minn tagħha li ħadulha xi paparazzi.

Hija kitbet li, “il-paparazzi għadhom juru ritratti tiegħi li fihom nidher b’piż żejjed. Il-midja minn dejjem kienet tobogħdni. Naf li ġismi mhuwiex perfett imma naf ukoll li ġismi mhuwiex kif ġabuh jidher. Nimmaġina li jmissni nqatta’ xi tliet sigħat fil-gym bħalma jagħmel Sam”.

Il-kantanta li għandha aktar minn 39 miljun followers fuq Instagram minnufih bdiet tirċievi messaġġi ta’ inkoraġġiment u kumplimenti għall-apparenza tagħha. Persuni li esprimew l-opinjoni tagħhom sostnew li d-dehra tagħha inġenerali hija sabiħa għall-aħħar u apprezzaw il-fatt li tiġġieled l-idea li omm ta’ ċertu età trid, ta’ bilfors, tkun qisha mudella.

Ekonomija

Sport