Saturday, November 16, 2024

Brittaniku b’petizzjoni biex ma nressqux l-arloġġ lura… “Ma rridux siegħa oħra żejda fl-2020”

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, numru ta’ pajjiżi se jkunu qed jirranġaw l-arloġġi siegħa lura. Dan ifisser li jkollna siegħa żejda mal-kumplament tal-ġurnata. Fid-dawl ta’ din it-tradizzjoni annwali u staġjonali kif ukoll fid-dawl tas-sitwazzjoni globali tal-COVID-19 din is-sena ftit huma dawk li jixtiequ siegħa żejda. Fil-fatt Brittaniku beda petizzjoni biex fi tmiem il-ġimgħa ma nressqux l-arloġġ siegħa lura. Fi kliemu, “ma rridux siegħa oħra żejda fl-2020”. 

Sa issa ffirmaw il-petizzjoni ftit aktar minn 200 persuna. Biex verament l-arloġġi ma jmorrux siegħa lura, hemm bżonn 10,000 firma. 

Din se tkun l-aħħar darba li l-kontinent Ewropew se jressaq l-arloġġ siegħa lura. L-Ewropa se tkun qed tingħaqad mal-Arġentina, it-Turkija u r-Russja.

Ekonomija

Sport