Friday, November 22, 2024

Brittaniku u Franċiża jirbħu t-Triathlon

Aqra wkoll

Wara li ġiet sospiża għal jumejn minħabba li l-ilma tax-Xmara Seine kien kontaminat u għaldaqstant ma tħallewx għawwiema jinżlu f’din ix-xmara, il-bieraħ saru ż-żewġ triathlons fejn dik tal-irġiel intrebħet mill-Brittaniku, Alex Yee, fil­waqt li dik tan-nisa ntrebħet mill-Fran­ċiża, Cassandre Beaugrand.

Yee pproduċa sprint sensazzjonali fl-aħħar stadju biex kiseb id-deheb Olimpiku hekk kif din dehret li kienet sejra għand Hayden Wilde ta’ New Zealand … filwaqt li l-Franċiż, Leo Bergere, rebaħ il-bronż.  

Yee, 26 sena, qasam il-linja wara siegħa, 43 minuta u 33 sekonda biex spiċċa sitt sekondi qabel Wilde li tliet snin ilu rebaħ il-bronż u deher li se jirbaħ wara li fetaħ vantaġġ ta’ 15-il sekonda fuq il-Brittaniku.

Madankollu, Yee wera l-klassi tiegħu biex rebaħ din id-dixxiplina fuq distanza ta’ 1.5 kilometri għawma, 40 kilometri rota u ġirja ta’  10 kilometri. 

Ta’ min isemmi wkoll li huwa kien fis-16-il post (minn 55 kompetitur) qabel ma beda l-ġirja. 

*Il-kategorija tan-nisa ntrebħet mill-Franċiża, Cassandre Beaugrand. Hija ma tantx kellha bidu tajjeb meta l-ħin tal-għawma kien dak ta’ 22 minuia u 32 sekondi, biex qabel ma bdiet ir-rota kienet fis-sitt post.

Peró, hija tilfet bosta  positijiet fuq ir-rota meta l-ħin li rreġistrat, ta’ 58 minuti u 20 sekondi, niżżilha fl-20 pożiz­zjoni. Iżda hija rkuprat tant tajjeb fil-ġirja li temmet fl-ewwel post, f’ħin ta’ 32 minuti u 42 sekondi. 

Il-midalja tal-bronż intrebħet mill-Isvizzera, Julie Derron, filwaqt li l-Brittanika  Beth Potter kisbet il-bronż.  

Sport