Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira nilagħbu fil-bitħa tal-Iskola St Monica fil-Gżira mat-tfal tal-iskola. Dan għax fil-familja ħadd mhu dilettant, ħlief iż-ziju tiegħi Jojo Bajada u n-nannu Emanuel konna naraw 90 minuto u nippruvaw naqtgħu r-riżultati. Jiena bdejt nilgħab bħala plejer u dak iż-żmien TV konna naraw il-Premier League fis-2pm fuq il-Malti.
Kelli għazla ma min ħa nżomm bħala tim bejn Manchester United u Liverpool minħabba Steve Bruce jew Bruce Grobbelaar. Kont rajt il-finali Roma v Liverpool, rajt lil Grobbelaar jagħmel ‘shake legs’ u għidt jien mal-Liverpool u goalkeeper ħa nilgħab!
Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala kowċ tal-goalkeepers ta’ Vittoriosa Stars FC.
Fir-rwol tiegħi ma’ Vittoriosa Stars FC bħala kowċ tal-goalkeepers nidħol ħafna fit-tim tal-kowċis għax naqsmu ħafna ideat flimkien, nitkellmu fuq defending u attacking għax il-goalkeeper illum sar rwol verament importanti mhux bħal qabel. Speċi l-agħar plejer kien ikun il-goalkeepeer qabel. Issa kontra.
Bħala taħriġ mal-goalkeepers, naħdem billi nitkellem ħafna magħhom, nuri l-logħba tal-lum u nkunu motivati kemm għat-taħriġ u anke għal-logħob. Nagħti ħafna informazzjoni u li ngħolli l-livell tagħhom. Infatti, il-goalkeeper Edward Gatt ma bediex favorit li jibda magħna u għalija spiċċa wieħed mill-aħjar goalkeepers tad-diviżjoni.
Kemm taħdem mill-qrib mal-kowċ, Jason Camenzuli?
Naħdem ħafna mill-qrib mal-kowċ, Jason Camenzuli. L-ewwel ħaġa irrid nifhem il-logħba tiegħu ħalli nadatta l-istess filosofija tiegħu. Għalkemm fuq ċerti affarijiet ma naqblux imma nirrispetaw lil xulxin u nagħmlu l-aħjar għat-tim! Xi kultant neħodlu rasu wkoll!
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?
Dwar l-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv bħala ambjent sabiħ, u ksibna l-promozzjoni li ma kinitx faċli. Imma kieku kien ikun iktar pożittiv, kieku għollejna mqar waħda mit-Tazzi li kien hemm disponibbli … kieku aħjar u isbaħ. Imma ngħid grazzi lil xulxin, plejers, staff, kumitat, partitarji u familji tagħna li tant jieħdu paċenzja bina.
Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?
Għaċ-Challenge League hu dejjem iebes. Niftakar meta kont nilgħab bħala goalkeeper, il-livell dejjem kien wieħed għoli, il-livell tal-lum naħseb hu aktar għoli. L-almu tiegħi fuq il-goalkeepers hu li jkunu strumentali fit-tim. L-aktar importanti li jżommu fl-istess diviżjoni.
X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Il-livell tal-futbol Malti nbidel. Nispera li l-format tal-kampjonat ma jinbidilx kull darba, għax mhux ‘healthy’ naraha. L-aħjar format sempliċi u daqshekk. Nemmen li livell tal-plejes Maltin hawn. Opportunitá rridu. U ħadd ma jara kbir. Hawn kowċis tajbin u huma jbiddlu parti mil-livell tal-lum.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?
Il-faċilitajiet tagħna huma tajbin. Għax hemm ftit min kollox, għandek kemm għandek qatt mhu biżżejjed. Għax dejjem trid tirranġa għall-aħjar. Fil-kampjonat skont liema diviżjoni. Għalija, il-grawnds tan-National Amateur League 1 u 2 mhumiex ta’ livell sfortunatament – taċ-Challenge League u Malta Premier huma aħjar.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Bħala karriera fil-kowċing naħseb sabiħa, kemm fis-senior team, youths team u grassroots. Irbaħt unuri u kkowċjajt tfal li llum qegħdin jilagħbu f’kull diviżjoni ta’ Malta. Importanti li jkollok għan u motivazzjoni fejn trid tasal – int u ta’ madwarek. Liċenżja tal-kowċing għandi l-B u B tal-goalkeepers ukoll. Inħares lejn Liċenzja A wkoll għax dejjem titgħallem. Inħares li diment li jkolli s-saħħa, nibqa’ fil-kowċing għax inħobbu.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Karriera tal-futbol dejjem tiddependi minn jekk, kemm trid tasal u fejn tista’ tasal. Trid tagħraf l-opportunita li jkollok. Il-futbol huwa sabiħ għax kull fejn iddawwar wiċċek kulħadd tisimgħu jitkellem fuqu. Ikollok memorji sbieħ u dejjem x’tirrakkonta u tagħmel ħafna ħbieb. Kull sport huwa fattur importanti għall-bnidiem minħabba ħajtu personali u biex iżomm tbissima fuq wiċċu!