F’għadd ta’ rapporti li qajmu kontroversja, jingħad li l-attur ċelebri Bruce Willis għamel ftehim uniku li fih biegħ id-drittijiet ta’ wiċċu lill-kumpanija “Deepcake”. Minkejja dawn ir-rapporti l-kelliem tal-istess attur ċaħad u saħaq mal-BBC li Willis “mhuwiex imsieħeb jew f’xi tip ta’ ftehim mal-kumpanija”. Rappreżentant ta’ “Deepcake” ukoll ikkonferma li Willis għandu d-drittijiet kollha fuq wiċċu. Bruce Willis ħabbar li se jirtira f’Marzu li għadda wara li kien djanjostikat b’Aphasia, diżordni li jaffettwa l-kapaċitajiet verbali.
“Deepfakes” tuża intelliġenza artifiċjali u teknoloġija li biha toħloq vidjows realistiċi. Ħafna drabi din toffri s-servizzi tagħha lill-persuni magħrufa u politiċi. Għal atturi li ma jistgħux ikomplu bix-xogħol tagħhom, din it-tip ta’ teknoloġija tista’ tipprovdi servizzi li qatt ma rajna bħalu qabel.
Fis-27 ta’ Settembru l-ġurnal “Daily Mail” kien irrapporta li kien hemm ftehim bejn Willis u “Deepcake” fejn ingħad li, “ir-rebbieħ tal-premju Emmy, Bruce Willis, xorta jista’ jibqa’ jidher fil-films wara li biegħ id-drittijiet ta’ wiċċu lil Deepcake”. Wara l-ġurnal “Telegraph” u midja oħra kitbu fir-rigward fejn ingħad li Willis sar l-ewwel stilla ħoliwudjana li biegħ id-drittijiet tiegħu ħalli joħolqu tewmi diġitali tiegħu biex jintuża fuq l-iscreen.
Minkejja dawn ir-rapporti, jidher li dan mhuwiex il-każ.