Thursday, August 28, 2025

Bruno Fernandes imħajjar għas-Sawdi

Aqra wkoll

Il-captain ta’ Manchester United u l-midfielder Portugiż Bruno Fernandes jidher lest li jagħlaq kapitlu importanti fil-karriera tiegħu.

Minkejja li bħalissa għadu impenjat mal-klabb Ingliż, rapporti jindikaw li mill-2026 hu mħajjar imur jilgħab fis-Sawdi, fejn qed jistennewh kuntratti sostanzjali u proġett ambizzjuż fil-kampjonat li qed jiġbor ħafna stilel internazzjonali.

Għal Fernandes, din il-mossa tista’ tfisser opportunità ġdida kemm professjonali kif ukoll finanzjarja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport