Il-midfielder ta’ Manchester United, Bruno Fernandes, skappa passi dixxiplinari wara li mbotta wieħed mill-assistenti referees waqt it-tefla ta’ 7-0 kontra Liverpool.
Il-captain tal-United mbotta lill-uffiċjal qrib il-linja matul it-tieni taqsima f’Anfield nhar il-Ħadd, u wassal għal sejħiet biex l-inċident jiġi investigat.
Madankollu, l-FA Ingliża kkonfermat li mhux se tittieħed l-ebda azzjoni fil-konfront ta’ Fernandes minħabba li l-inċident rah ir-referee u ma nkludihx fir-rapport tiegħu.
Li kieku r-referee ħa nota ta’ dan l-inċident Fernandes kien jeħel sospensjoni ta’ xejn inqas minn 11-il partita.