Saturday, November 16, 2024

B’sentenza tal-Qorti Trump mhux se jitħalla jikkontesta fl-istat ta’ Colorado

Aqra wkoll

Fi żmien meta qed ikomplu jiħraxu l-battibekki bejn Joe Biden u Donald Trump, iż-żewġ protagonisti sa issa fit-tellieqa għal presidenza tal-Istati Uniti s-sena li ġejja,  Trump jinsab iffaċċjat sitwazzjoni xejn feliċi li tista twassal biex id-Demkratiċi jerġgħu jitbħu l-presidenza fil-5 ta’ Novembru 2024. 

Dan wara li l-Qorti Suprema tal-istat ta’ Colorado skwalifikat lil Donald Trump milli jikkontesta għal President fl-elezzjoni li tas-sena d-dieħla minħabba s-sehem tiegħu fl-instigazzjoni tal-irvell fuq Capitol Hill fis-6 ta’ Jannar tal-2021.  

Bid-deċiżjoni tal-Qorti Supema, jekk finalment Trump jirbaħ fil-primaries tal-Partit Repubblikan huwa se jkun imċaħħad mill-voti repubblikani fl-istat ta’ Colorado.

Trump se jkun ukoll l-ewwel kandidat presidenzjali fl-istorja tal-Istati Uniti li jitqies bħala ineliġibbli għall-White House taħt dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti li tipprojbixxi lill-uffiċjali li jkunu involuti f’affarijiet bħal dawn milli jżommu l-kariga.

Fiid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Suprema rreferiet għall-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti dwar meta u kif kandidat jiġi sanzjonat milli jikkontesta elezzjoni presidenzjali.  Dawk li jbassru l-elezzjonijiet tal-Istati Uniti jqisu lil Colorado bħala stat demokratiku u sikur. Dan ifisser li l-President Joe Biden x’aktarx se jirbaħ l-istat irrispettivament mid-destin ta’ Trump.

Il-każ tressaq minn grupp ta’ votanti ta’ Colorado, megħjuna mill-grupp Citizens for Responsibility and Ethics f’Washington, li argumentaw li Trump għandu jiġi skwalifikat talli inċita lill-partitarji tiegħu biex jattakkaw il-Capitol f’tentattiv fallut biex jostakola t-trasferiment tal-poter presidenzjali lejn Biden wara l-elezzjoni tal-2020.

Il-kampanja ta’ Trump sejħet id-deċiżjoni tal-qorti bħala waħda difettuża u mhux demokratika u qalet li se tiġi appellata. Kelliem mill-kampanja ta’ Trump, qal li “l-Qorti Suprema ta’ Colorado ħarġet deċiżjoni kompletament żbaljata u aħna se nippreżentaw malajr appell lill-Qorti Suprema tal-Istati Uniti u talba konkorrenti għal sospensjoni ta’ din id-deċiżjoni profondament mhux demokratika”.

Ekonomija

Sport