Wednesday, July 24, 2024

B’TISLIMA LIL TONY ZARB

Aqra wkoll

Bħal-lum sentejn ilu, ilmoviment trejdunjonistiku Malti tilef ġgant bil-mewt ta’
Tony Zarb, eks segretarju ġenerali tal-GWU. Minkejja din it-telfa, Toni bla dubju, ħalla warajh legat qawwi ta’ x’inhi l-vera mħabba lejn dawk kollha li jaqgħilu l-għajxien tagħhom b’ħidmiethom.

Għalhekk huwa xieraq li llum infakkru l-memorja tiegħu u nsellmulu. Mill-ewwel nistqarru li ħadd ma jista’ jiċħad li l-ħaddiema u l-familja tagħhom sabu tarka soda f’Tony Żarb, mhux biss mill-aspett trejdunjonistiku imma wkoll fil-qasam soċjali.

Niftakru kemm fi żmienu, il-proposti tal-GWU ta’ qabel kull Baġit dejjem kienu
jiċċentraw fuq dawk l-iktar batuti, fuq dawk vulnerabbli, fuq dawk li kienu fil-faxex t’isfel ta’ soċjetà Maltija, fuq quddiem nett il-pensjonanti u dawk bi dħul finanzjarju baxx.

Il-militanza li ħaddan u li tant kien magħruf għaliha ma kinitx dik li tnissel
il-mibegħda u l-firda imma kienet dik ta’ umiltà u gustizzja. Xempju ta’
bniedem b’qalb kbira li dejjem kellu biss fi ħsiebu kif jista’ jgħin lil min kien
fil-bżonn.

Baqa’ hekk, u baqa’ jagħmel dan sal-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. Bil-mod kif ħadem, dejjem wera ħerqa kbira li jkun il-leħen sod talklassi tal-ħaddiema. Kien verament
suldat tal-azzar mimli b’imħabba lillGWU, il-Partit Laburista u fuq kollox lill-Malta u l-poplu Malti.

Kien ewlieni f’bosta battalji li l-ħaddiem kellu jiffaċċja biex itejjeb il-kundizzjonijiet
tax-xogħol tiegħu u il-kwalità talħajja tal-famikja tigħu, hu min hu u hu fejn hu. Stinka kemm felaħ biex il-ħaddiema jingħataw ilġieħ u l-apprezzament li verament
jistħoqqilhom.

Prinċipju bażiku li Toni kien jemmen fih b’qawwa, dak li l-ħaddiem huwa s-sors tal-ħolqien ta’ kull ġid. Għalhekk il-ħaddiem kellu kull dritt li jitlob u jingħata sehem minn dak il-ġid li joħloq b’xogħlu huwa stess.

Ideal ta’ bniedem li f’kull sens ħabb lill-klassi tax-xogħol ta’ kull ġeneru. Illum, f’għeluq is-sentejn minn mewtu nroddulu ħajr għal dak kollu li għamel biex il-ħaddiem jinsab fejn huwa llum.

Insellmulu għal dak kollu li kiseb u għal dak li stinka tant għalih. Fuq kollox nirringrazzjawh għal-legat li ħalla għax wara kollox, dak kollu li sar fis-snin li okkupa l-kariga ta’ segretarju ġenerali tal-GWU għadu importanti, għadu rilevanti illum iktar minn qatt qabel.

Ekonomija

Sport