Friday, December 13, 2024

“Budget b’diversi miżuri biex itejjbu l-ħajja tal-persuni b’diżabilità” – CRPD

Aqra wkoll

B’reazzjoni għall-Budget 2022, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qalet li fost id-diversi setturi li jinkludi, għandu  numru ta’ miżuri li jolqtu lil persuni b’diżabilità. 

Fost l-oħrajn semmew dik tal-vawċers għal Occupational Therapy, tijtib fl-iskema dwar eżenzjonijiet/traħħis relatati ma’ vetturi għal persuni b’diżabilità, tneħħija tat-test tal-mezzi tad-dħul fl-assistenza għal diżabilità severa, u żidiet fl-allowances għal tfal b’diżabilità jew familjari li jieħdu ħsieb adulti b’diżabilità li kollha huma fost id-diversi miżuri meħuda biex il-ħajja tal-persuni b’diżabilità tkompli titjieb.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità spjegat li kellha rwol importanti biex dawn il-proposti tressqu ’l quddiem u ġew aċċettati bħala miżuri għal Baġit 2022. Qalet li dawn il-miżuri irid ikollhom l-iskop aħħari li jwasslu għal għixien indipendenti.

“Irridu nkomplu nippromovu l-idea li persuni b’diżabilità jistgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità li jagħżlu huma, jekk inwaqqgħu l-ostakoli soċjali u ekonomiċi u f’każijiet oħrajn jekk jingħataw l-għajnuniet neċessarji.”

Żiedet tgħid li bħala soċjetà baqalna ħafna x’naħdmu biex kull persuna tkun stmata b’mod ekwu u rispettata bħala persuna sħiħa. Għalhekk, qalet li l-impenn tal-Gvern f’dan ir-rigward għandu jkun rifless fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li m’humiex speċifikament għas-settur tad-diżabilità, iżda li jkunu disinjati b’mod universali u li jassiguraw l-aċċessibilità għal kulħadd.

Ekonomija

Sport