Monday, December 9, 2024

BUDGET B’REKORD TA’ €93 MILJUN ALLOKATI GĦAL GĦAWDEX

Aqra wkoll

… żieda ta’ 180% fuq l-aħħar budget ta’ Gvern Nazzjonalista

“Dan huwa Budget b’rekord ta’ €93 miljun li qed jiġi allokat minn dan il-Gvern għal Għawdex. Bla dubju ta’ xejn, din hi l-akbar allokazzjoni baġitarja fl-istorja tal-gżira. Dan il-Budget il-ġdid qed jara żieda ta’ kważi €9 miljun jew 10% fuq is-sena ta’ qabel.

“Iżda aktar minn hekk, dan il-Budget meta kkumparat mal-aħħar Budget ta’ Gvern Nazzjonalista, għandu żieda ta’ 180%, li lura fis-sena 2013, kien ipprovda biss €33 miljun għal Għawdex. Żieda qawwija ta’ €60 miljun fuq dak li Gvern Nazzjonalista ta lil Għawdex tagħna.”

Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri waqt id-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-estimi tal-Budget 2025 għall-Ministeru li tiegħu huwa responsabbli.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri ddeskriva dan il-Budget bħala wieħed pożittiv b’tisħiħ ta’ miżuri soċjali u li joffri futur ekonomiku u b’saħħtu għal dan il-pajjiż. Budget li kompla jibni fuq dawk preċedenti li ġew ippreżentati mill-Partit Laburista fil-Gvern.

“Dan hu Budget li se jkun qiegħed inaqqas it-taxxa tal-income tax fost bosta inizjattivi oħra li dan il-Gvern qed jippjana mhux biss għas-sena li ġejja imma għas-snin li ġejjin. Budget li lil kull ħaddiem f’dawn il-gżejjer,” qal il-Ministru Camilleri.

Huwa kompla jgħid li meta l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qara d-diskors tal-Budget, dlonk rajna l-esponenti Għawdxi fi ħdan il-PN jirrimarkaw il-fatt li Għawdex jissema 23 darba biss f’dan id-diskors.

Però sqarr li x-xitan m’għandux ħalib. Oħroġ il-għaġeb, kompla jgħid il-Ministru Camilleri, fid-dokument ta’ qabel il-budget tal-PN li ġie llikjat, il-kelma Għawdex referenza għal Għawdex tissemma biss 10 darbiet, fejn f’disgħa minnhom, Għawdex jissemma’ flimkien ma’ Malta.

Min-naħa l-oħra, ill-Ministru Camilleri qal li kien dan il-Gvern lil Għawdex trasformah. Qal li kien dan il-Gvern li biddel lil Għawdex minn mażżra għal mutur ekonomiku ta’ pajjiżna.

Ekonomija

Sport