Tuesday, October 28, 2025

BUDGET LI JĦARES ’IL QUDDIEM- l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2026, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħadem (MEA) laqgħet il-Budget u ddeskrivietu bħal wieħed li jħares ’il quddiem u li jibbilanċja l-ħtiġijiet soċjali tal-pajjiż b’miżuri mfassla biex itejbu l-produttività.

Il-MEA żiedet tgħid li dan l-approċċ jaqbel mal-Viżjoni Ekonomika l-ġdida ta’ Malta għall-2050 u l-prinċipji gwida tar-rapport tal-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, li t-tnejn li huma jenfasizzaw il-ħtieġa kritika għar-reżiljenza, l-innovazzjoni u l-kapaċità li wieħed jitla’ fil-katina tal-valur bħala elementi fundamentali għal prosperità sostenibbli.

Fir-reazzjoni tagħha, l-Assoċjazzjoni tirrikonoxxi wkoll is-suċċess tal-gvern fil-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi u li jkompli jnaqqas id-defiċit fiskali u tqis li l-ħruġ mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv sa tmiem l-2026 hija partikolarment milqugħa għaliex il-progress fiskali qed jiġi mmexxi minn effiċjenza aktar b’saħħitha fil-ġbir tat-taxxi.

L-Assoċjazzjoni sostniet li f’termini ta’ dan tal-aħħar u f’konformità mill-qrib mar-rakkomandazzjonijiet li għamlet hu stess, il-gvern żvela qafas komprensiv ta’ miżuri fiskali maħsuba biex jistimulaw l-investiment fi tkabbir ekonomiku intelliġenti.

Dwar it-turiżmu, l-MEA innotat iż-żieda fl-eko-kontribuzzjoni mħallsa mit-turisti iżda stenniet miżuri u direzzjoni aktar konkreti lejn iż-żieda fil-kwalità u t-titjib tal-esperjenza tal-viżitaturi permezz ta’ titjib ġenerali fl-ambjent, fis-servizzi professjonali, u l-manutenzjoni tal-attrazzjonijiet.

Dwar l-edukazzjoni, l-MEA innutat iż-żidiet konsistenti fin-nefqa pubblika fl-edukazzjoni u sostniet li dan huwa wkoll pożittiv ħafna minnu nnifsu iżda l-interess soċjoekonomiku tal-pajjiż jinħtieġ li jkun jikkorrispondi ma’ tali nefqa.

Dwar ir-razzjonalizzazzjoni tal-forza tax-xogħol, l-Assoċjazzjoni filwaqt li tfaħħar lill-gvern talli ta kas l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni volontarja estiża ta’ individwi akbar fl-età fil-forza tax-xogħol iżda tgħid li dan jonqos milli jsolvi l-anomaliji fiskali li fadal li jinkoraġġixxu lil dawk li akkumulaw biżżejjed kontibuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex joħorġu mill-forza tax-xogħol fl-età ta’ 61 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport