Saturday, November 1, 2025

BUDGET LI JKOMPLI JAĦSEB FL-ANZJANI

Aqra wkoll

Il-Budget 2026, li kien ippreżentat it-Tnejn li għadda mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, huwa wieħed li tassew jixhed l-element qawwi ta’ Gvern soċjalista.

Dan minħabba l-għadd kbir ta’ miżuri soċjali li fih u li jolqtu faxex differenti tas-soċjetà. Fi ftit kliem, dan kien budget b’enfasi partikolari fuq ittitjib fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. B’dan il-Budget, għal darba oħra, ingħatat prova
oħra li l-anzjani qed jingħataw prijorità fis-soċjetà tagħna.

Tant li mill-bidu tas-sena d-dieħla, ilpensjonanti se jkunu qegħdin igawdu mill-11-il żieda konsekuttiva fil-pensjonijiet. Fil-fatt, fil-Budget 2026 tħabbar li se tkun qiegħda tingħata żieda ta’ €10 fil-ġimgħa fil-pensjoni lil 100,000 pensjonant tal-irtirar, tal-invalidità u romol, kif ukoll lil dawk li huma intitolati għal pensjoni tal-età.

Għaldaqstant, il-pensjonijiet se jibqgħu fiċ-ċentru tan-nefqa soċjali tal-Gvern. Mas-7,000 armel jew armla se jieħdu żieda addizzjonali ta’ €3.50 fil-ġimgħa, b’hekk se jieħdu €13.50 fil-ġimgħa. Dan kollu seta’ jsir għax għandna ekonomija
b’saħħitha u għax il-Gvern qiegħed imexxi l-finanzi pubbliċi b’mod għaqli.

Dawn li semmejna huma kollha inċentivi li qegħdin ikomplu jgħinu aktar nies, sentiment li kien espress mill-imsieħba soċjali nfushom fl-ewwel reazzjonijiet tagħhom għall-Budget. Dan il-budget qiegħed jagħti d-direzzjoni li pajjiżna jridu f’diversi setturi.

Fl-aħħar millaħħar, dan kien budget ieħor li minnu se jgawdu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin billi se jaraw titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom. Budget li nemmnu li
qed iħares lejn il-futur u li qed jiffoka fuq il-kwalità aktar milli l-kwantità.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport