Sunday, December 1, 2024

BUDGET LI QIEGĦED HEMM GĦALIK

Aqra wkoll

Il-baġit ippreżentat għas-sena 2025 bħal kull baġit ieħor li ġie ppreżentat qabel qajjem diskussjonijiet.  Baġit ippreżentat mill-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana li nistgħu ngħidu li mhux biss ra li ma jitfax piżijiet ħalli l-poplu jibqa’ jikkontribwixxi biex l-ekonomija tagħna tikber, imma dan il-baġit ukoll beda jagħmel pedamenti ġodda fejn se nmorru fil-futur. Dan sar waqt li ċ-ċirkostanzi internazzjonali huma imċajprin għal aħħar. Ċirkostanzi li sa issa ma nafux fejn se jwassluna u kemm se ndumu f’din l-inċertezza. Din hi sitwazzjoni li mhux eskluż li tista’ ukoll teskala.

Il-baġit li ġew ippreżentati fl-aħħar snin minn Gvern Laburista kienu baġit li taw ħafna lill-pajjiż. Kienu baġit li ġew anke fi żminijiet iebsa bħal dawk ta’ meta konna għaddejjin mill-pandemija. Baġit li fihom, għalkemm wieħed jista’ jagħmel ħafna argumenti dwarhom, żgur li ma jistax jingħad li l-poplu ssallab bħal meta ġew introdotti kontijiet għola għad-dawl u l-ilma.

Jekk nieħdu l-aħħar l-baġits tal-aħħar għaxar snin, naraw li dawn kienu baġits li taw opportunitajiet lil min irid jibda negozju. Il-qgħad li tant kien hemm min beżża’ dwaru fis-sena 2012 u fil-bidu tas-sena 2013 tista’ tgħid li sparixxa fi żmien qasir.  Qegħdin nitkellmu llum fuq rata ta’ qgħad li hi fost l-aktar baxxa anki fl-Ewropa.

Kellna sitwazzjoni fejn kellna rata għolja ta’ nisa li xtaqu jaħdmu imma ma setgħux imorru jaħdmu u allura inbdiet ħidma biex dan l-ostakolu jintgħeleb. Ir-riżultat hu li llum għandna l-ogħla rata ta’ nisa jaħdmu fil-pajjiż. 

Wieħed ma jistax ma jsemmix li llum pajjiżna għandu l-ogħla persentaġġ ta’ nies jaħdmu fl-Unjoni Ewropea. Statistika pożittiva u fuq din wieħed irid ikompli jaħdem u jibni għax xejn ma jsir waħdu. Dak li jkun ilek tibni jaf jintilef fi żmien qasir.  L-ekomija u t-tkabbir kontinwu tagħha wieħed ma jistax jieħdu qisu xejn mhu xejn. Ma jistax jieħdu li qiegħed hemm u se jibqa’ hemm. 

Pajjiżna, hawn min isejjaħlu ‘miraklu ekonomiku’. Dan għax minkejja iċ-ċokon tagħna, għandna ekonomija li baqgħet tikber kontinwament. Dan qed jiġri bil-miżuri li ttieħdu, bl-investiment u fuq kollox bin-nefqa domestika. Il-poplu llum iħossu kunfidenti u joħroġ u jikkonsma. Ma joqgħodx lura għax qed jibża’ li ġej xi kont. Ma joqgħodx lura għax inċert minn x’se jiġri. Illum il-poplu kunfidenti u hu għalhekk li joħroġ u jonfoq il-flus.

Grazzi għall-Ministru tal-Finanzi, dan is-sentiment se jkompli għaddej. Kellek żidiet fil-pagi lil diversi kategoriji ta’ ħaddiema. Kienu baġits li ma żidux il-piż tat-taxxi anzi naqqsuhom. Il-kontijiet tad-dawl li tant kienu ta’ uġiegħ ta’ ras għall-familji, l-anzjani u anke in-negozji, inżammew stabbli. 

Dan il-baġit issa qiegħed ukoll iħares ‘lquddiem. Id-dinja inbidlet u qed tinbidel. Magħha irid jinbidel ukoll pajjiżna. Trid anke tinbidel il-mentalità f’ċerta oqsma.  Dan hu baġit li beda ukoll jimxi f’dik id-direzzjoni. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport