Saturday, December 21, 2024

“Budget mibni fuq il-valuri soċjalisti tal-Gvern”

L-ewwel reazzjoni tal-PM Robert Abela għall-budget 2025

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva l-Budget 2025 bħala wieħed li wera l-valuri soċjalisti ta’ dan il-Gvern

F’konferenza tal-aħbarijiet li indirizza fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru saħaq li dan kien Budget li juri li dan il-Gvern huwa kapaċi li jisma l-problemi tan-nies u li jindirizza l-isfidi minkejja kollox .“Il-prinċipju kwalità fuq kwantità għandu jkun il-ħsieb modern, jiġifieri il-linja ta’ ħsieb ta’ pajjiż sħiħ” tenna l-Prim Ministru.

Huwa saħaq li kollox irid jorbot imbagħad mal-kwalita tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Qalilna li llum wieħed għandu l-privileġġ tal-għażla, jekk hux investiment jew ieħor.

“Dan il-Budget joħloq distinzjoni. Aħna meta naraw bżonn fil-pajjiż nitkellmu fuqu u nindirizzawh. Aħna mhux se nevitaw li nitkellmu fuq it-trafifku u l-impatt tal-ħaddiema barranin fis-soċjetà tagħna”, żied jgħid il-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport