L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, l-MDA laqgħet b’mod ġenerali l-Budget imħabbar it-Tnejn filgħaxija mill-Ministru tal-Finanzi bħala wieħed pożittiv speċjalment mill-aspett soċjali.
L-MDA sostniet li l-Gvern jista’ jagħmel dan it-tip ta’ Budget fejn ikun jista jnaqqas sostanzjalment l-income tax għal familji, iżid in-nefqa fil-pensjonijiet u miżuri soċjali bħal dawn u anke li jkun f’pożizzjoni li ma jintroduċiex taxxi ġodda għaliex l-ekonomija ta’ pajjiżna baqgħet tikber.
Qalet li miżuri sbieħ soċjali bħal dawn huma sostenibbli biss minħabba t-tkabbir ekonomiku li kellu pajjiżna u li hemm bżonn li jitkompla fis-snin li ġejjin, fost oħrajn u fuq kollox, il-propjetà u l-kostruzzjoni li wħud jimminaw u jissottovalutaw, huma kruċjali u jgawdi minnhom kulħadd, budget wara budget.
L-Assoċjazzjoni qalet li tinsab sodisfatta li dan is-settur se jkun jista’ jibbenifika minn programmi ġodda u mtejjba għal modernizzazzjoni tal-makkinarju u diġitalizzazzjoni. Sodisfatta wkoll bil-miżura li permezz tagħha min iħaddem se jkun qiegħed iħaddem se jkun qed jiġi mgħejjun fil-pagi ta’ ħaddiema li jkunu ilhom miegħu numru ta’ snin li jibbenifikaw minn żidiet
B’sodisfazzjon ukoll, l-MDA innutat li ssemmiet l-inizjattiva ta’ Property Malta Foundation, li se tkun qed tniedi l-proġett ta’ Property Price Register, pjattaforma onlajn dimanika li tagħti lill-utenti għall-ewwel darba f’Malta, aċċess għal dejta komprensiva relatata ma’ tranżazzjonijiet kuntrattwali tal-popjetà f’Malta

