Tuesday, October 28, 2025

“Budget ta’ sostenn għan-Negozji Żgħar u Medji”- il-Kamra tal-SMEs

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-SMEs laqgħet il-Budget 2026 li se jkun qed jassisti lin-Negozji Żgħar u Medji biex ikomplu jikbru u jibqgħu kompetittivi. Qalet li t-titjib fl-iskema Micro Invest, iż-żieda fl-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni u l-investiment fir-Riċerka u l-Innovazzjoni huma fost il-miżuri li se jkunu qed jgħinu lin-negozji jissaħu u jespandu. 

Il-Kamra tas-SMEs esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li numru ta’ proposti li hija kienet ressqet ġew inklużi wkoll fil-Budget. Fl-istess waqt, ħeġġet lill-Gvern biex ikompli jindirizza l-kwistjonijiet li ġew enfasizzati min-negozji fl-SME Barometer fl-aħħar xhur, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ impjegati, il-governanza tajba u l-konġestjoni tat-traffiku fost oħrajn. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport