Thursday, November 13, 2025

BUDGET TAĦT IL-LENTI TA’ OQSMA DIVERSI

Aqra wkoll

Il-Budget għas-sena d-dieħla is-sena ġustament huwa msejjes fuq il-familja. Dan is-suġġett kien nhar it-Tnejn trattat waqt konferenza li ġiet organizzata mill-Union Print bil-għan li jkunu analizzati aspetti varji tal-Budget li huma ta mportnza għal futur ta’ pajjiżna. 

Dan is-seminar ħa ħsieb li jlaqqa’ flimkien bosta esponent li s-settur tagħhom qed jikkontribwixxi għat-tkabbar u għat-tisħiħ ekonomiku ta’ pajjiżna. Kif stqarrejna, dan il-Budget, iffoka ħafna fuq il-familja, suġġett li pjuttost kien ilu ma jiġi trattat bi profondità li timmeritah. 

Kulħadd seta’ jinnota fil-Budget tħabbru diversi miżuri li jsostnu aktar lill-familji Maltin u Għawdxin. Kulħadd jagħraf ukoll li l-familja hija l-bażi tas-soċjetà. Familji b’saħħithom ekonomikament u soċjalment iwasslu biex is-soċjetà tkun b’saħħitha wkoll. Dan anke jekk huma diversi l-forom ta’ familji li li llum jeżistu f’pajjiżna. Huwa għalhekk li l-gvern qed ikompli jsaħħaħ il-familji kemm fuq livell finanzjarju u assistenza oħra, billi jibqa’ jsaħħaħ il-ħarsien soċjali ta’ kulħadd.

Il-gvern kontinwament jisħaq fuq l-importanza li ma rridux nibqgħu nitkellmu fuq soċjetà u ekonomija li jiġbdu f’direzzjonijiet differenti iżda rridu nkunu forza politika li tgħaqqad u tikkonverġi l-isforzi ta’ kulħadd biex ikollna ekonomija li taħdem għan-nies, fl-interess tan-nies u li ssawwar soċjetà li fiċ-ċentru tagħha hemm il-benesseri ta kull membru tal-familja. Kien għalhekk li Gvern Laburista ħadem u għadu sa issa jaħdem bla heda biex tissaħħaħ it-tessut tal-familja permezz ta’ diversi għajnuniet. Dan stajna ninnutawh b’mod speċjali matul iż-żmien fejn pajjiżna kien għaddej mill-pandemija tal-Covid-19.

Din hija l-Malta li l-Gvern qed jistinka biex kull wieħed u waħda minnha jgħix fiha. Malta fejn il-familja tibqa’ punt ċentrali, punt ta’ riferiment, punt essenzjali għat-tfassil ta Malta ta’ għada. Din hija l-Malta li pajjiżna jrid għal uliedu u għal kull Malti u Għawdxi. Malta msejsa fuq il-valuri, fuq id-dritt tal-bniedem, fuq kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar, fuq id-dritt ta’ ambjent san u sikur. Malta fejn il-Gvern se jkompli jikkontribwixxi fl-iżvilupp tal-familja li tant hija għal qalbu. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport