Wednesday, October 30, 2024

Budweiser se tirregala l-birra kollha lill-pajjiż rebbieħ wara l-projbizzjoni fil-Qatar

Aqra wkoll

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ta’ din l-edizzjoni mhux biss se jieħu d-dar il-famuż trofew tad-deheb iżda wkoll tunellati ta’ birria.

Wara d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Qatar ftit jiem biss qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja li l-bejgħ tal-birra huwa pprojbit, il-kumpanija tal-birra u waħda mill-isponsors ewlenin tal-FIFA, Budweiser, iddeċidiet li tirregala l-birra kollha li tinsab stokkjata fil-Qatar, lill-pajjiż rebbieħ.

Il-kumpanija  ħallset $75 miljun lill-FIFA għad-drittijiet esklussivi għall-bejgħ tal-birra.

Għad mhuwiex ċar ukoll x’tip ta‘ kumpens is-sidien ta’ Budweiser, il-multinazzjonali Anheuser-Busch InBev ibbażata fil-Belġju, se jfittxu wara din il-projbizzjoni. Kien hemm rapporti li l-kumpanija qed tfittex tnaqqis ta’ $70 miljun mill-FIFA għall-isponsor tagħha tat-Tazza tad-Dinja 2026 li se ssir b’mod konġunt fil-Kanada, l-Istati Uniti u l-Messiku.

Barra minn hekk, il-kumpanja kellha spiża kbira għall-vjaġġi biex il-birra tasal fil-Qatar. Il-birra kienet maħduma fir-Renju Unit u mbagħad intbagħtet fuq vjaġġ ta’ 30 jum, 13,000 kilometru permezz tal-baħar.

Sport