Saturday, December 14, 2024

Bugħaddas fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultajiet f’Għawdex

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tat-3.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li bugħaddas Pollakk ta’ 51 sena kien idaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u kien ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Mill-ewwel investigazzjonijiet taI-Pulizija rriżulta li aktar kmieni r-raġel kien fl-inħawi tax-xatt l-Ahmar, f’Għajnsielem u sab ruħu f’diffikultà. Huwa ngħata l-għajnuna minn xi persuni li kienu miegħu li ħaduh l-isptar, fejn ingħata l-għajnuna medika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LLD li ħatret inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-inċident.

Ekonomija

Sport