Sunday, June 29, 2025

Bugħaddas fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikutajiet fiċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena u residenti l-Iklin jinsab f’kundizzjoni serja wara li aktar kmieni dalgħodu kien qiegħed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.

Kienu xi 9.00, xħin intalbet l-għajnuna hekk kif bugħaddas kien jinsab f’diffikultà u li kien ittella’ mill-baħar minn xi nies.

Huwa beda jingħata l-assistenza medika u ftit wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li ħatar Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport