Thursday, December 19, 2024

Bugħaddas imut wara li sab ruħu f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Raġel tilef ħajtu wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, sab ruħu f’diffikultà fil-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.

Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post fejn sabu lill-bugħaddas fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu. Immedjatament ingħata l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar kura, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-vittma ġie identifikat bħala Iżraeljan ta’ 50 sena.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport